FARRUGIA NOEL
Twieled ir-Rabat, Malta fit-23 ta’ Mejju, 1960. Miżżewweġ lil Irene u missier ta’ tliet ulied – Shaun, Amy u Laken
Edukazzjoni
Wara l-edukazzjoni obbligatorja, kompla l-istudji tiegħu fil-qasam rurali, agri-turiżmu u agrikoltura fl-istitut Codra (CODRA) ġewwa Potenza, l-Italja.
Politika
Ħareġ bħala kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet ġenerali u ġie elett fil-Kamra tar-Rappreżentanti fl-1992, 1996, 1998, 2003 u fl-2008.
1996 - mlaħħaq bħala Ministru tal-Agrikoltura u Sajd.
1998 - inħatar bħala x-shadow minister għall-Partit Laburista fil-qasam tal-Agrikoltura, Titjib Rurali u Sajd. Baqa’ f’din il-kariga għal għaxar snin sħaħ.
2008 - inħatar bħala l-iSpokesperson tal-International Development Aid f’isem il-Partit Laburista.
2011 - Noel Farrugia kien minn ta’ quddiem nett rigward inizzjativi biex persuni nieqsa mid-dawl minn pajjiżi foqra, ikollhom aċċess għal edukazzjoni xierqa. Il-Unified Resources Organisation hija waħda minn sensiela t’inizzjattivi li Noel Farrugia għandu f’moħħu joħloq bħala NGO.
Din l-NGO se tiġbor u tgħaqqad fi ħdanha, ħidmiet t’organizzazzjonijiet varji li l-iskop tagħhom hu, l-għajnuna lil nies li ġejjin minn pajjiżi foqra jew inkella li għadhom jiżviluppaw. Din l-NGO mhux se tkun affiljata ma’ partit jew ħsieb politiku u l-intenzjoni ewlenija tagħha se tkun, li tilqa’ nies li lesti li jagħtu kull forma ta’ għajnuna għal ġid tal-proxxmu.
1996 sa llum - Assitent Whip għal Partit Laburista fil-Grupp Parlamentari.
Ħidma Filantropika
Fundatur tan-National Youth Torball Blind Association
Fundatur tan-National Auto and Cycle Off-Road Association
Fundatur tal-Maltese-Thüringen Association for rural youth co-operation
Fundatur tal-Unified Resources Organisation (In-formation)